Mpox

Skeda Informattiva

X’inhi l-mpox?

L-Mpox hija marda virali rari li tikkawża sintomi ta’ infezzjoni virali akuta (deni, uġigħ ta’ ras, uġigħ fil-muskoli) u raxx simili għal imsiemer jew infafet.

Fl-2022, għall-ewwel darba, għadd kbir ta’ każijiet ġew irrappurtati fl-UE u madwar id-dinja f’pajjiżi fejn din ma kinitx komuni. Aktar minn 20000 każ ġew irrappurtati fl-UE/fiż-ŻEE matul it-tifqigħa tal-2022. Dawn il-każijiet ma kinux relatati mal-ivvjaġġar lejn postijiet fejn il-virus tal-mpox kien storikament magħruf li jiċċirkola.

Symptoms of Mpox

X’inhuma s-sintomi tal-mpox?

Is-sintomi jinkludu ponot jew infafet li jistgħu jkunu diffiċli biex jintgħarfu minn infezzjonijiet oħra tal-poxvirus u, sa ċertu punt, il-ġidri r-riħ.

Persuni bl-mpox spiss jippreżentaw taħlita tas-sintomi li ġejjin:

  • deni
  • uġigħ ta’ ras
  • tkexkix ta’ bard
  • għeja
  • glandoli minfuħin
  • uġigħ fid-dahar u uġigħ fil-muskoli
  • ponot jew infafet fil-parti ta’ ġewwa ta’ ċerti partijiet tal-ġisem, bħall-ħalq, l-imnieħer u l-partijiet ġenitali u anali, kif ukoll raxx fil-ġilda. 

Ir-raxx jista’ jitfaċċa qabel jew wara s-sintomi l-oħra u ġeneralment ikun jinsab fuq il-wiċċ, l-idejn, is-saqajn, madwar il-ġenitali jew il-parti anali. 

Il-marki fil-ġilda ta’ spiss l-ewwel jippreżentaw bħala ponot li mbagħad isiru nfafet. Dawn imbagħad jinxfu u jiffurmaw qoxra qabel ma l-ġilda tfieq kompletament.

X’inhuma l-kumplikazzjonijiet tal-mpox?

Il-biċċa l-kbira tan-nies li jaqbadhom il-mpox jirkupraw mingħajr kumplikazzjonijiet. Każijiet ġodda tal-mpox għandhom li jiġu identifikati jiġu nvistati minn tabib biex ikun deċiż kemm hija gravi jew le l-infezzjoni kif ukoll jekk hemmx xi fatturi li jżidu r-riskju jgħaddu (eż., kundizzjonijiet ta’ mard ieħor jew mediċini li jaffettwaw l-immunità tal-persuna, infezzjoni tal-HIV mhux ittrattata, eċċ.). Dawk b’mard serju jistgħu jirrikjedu rikoveru l-isptar u/jew trattament b’antivirali. 

Mpox spreads through physical contact

Il-virus tal-mpox kif jinfirex?

Fl-Afrika, fejn il-virus tal-mpox jiċċirkola fost l-annimali, il-virus jista’ jinfirex mill-annimali għall-bnedmin permezz ta’ kuntatt dirett ma’ annimali infettati bħal annimali gerriema (eż. ġrieden u firien fost oħrajn). 

Fl-Ewropa, il-virus jista’ jinxtered minn persuna għall-oħra permezz ta’: 

  • kuntatt mill-qrib ma’ ponot/infafet fil-ġilda ta’ persuna infettata
  • taqtiriet fin-nifs (respiratory droplets) f’każ ta’ kuntatt wiċċ imb wiċċ fit-tul
  • kuntatt ma’ oġġetti infettati.

Fit-tifqigħa tal-2022, il-biċċa l-kbira tal-każijiet ta’ mpox ikkonfermati fil-bnedmin kienu f’irġiel li kellhom x’jaqsmu b’mod sesswali ma rġiel oħra, li jindika li t-tixrid seħħet matul kuntatt sesswali.

Min huwa f’riskju ta’ mpox?

Filwaqt li l-maġġoranza tal-każijiet fl-2022 kienu f’irġiel li kellhom x’jaqsmu b’mod sesswali ma’ rġiel oħra, kull min għandu kuntatt mill-qrib u dirett (inkluż kuntatt sesswali) ma’ xi ħadd li għandu l-mpox huwa f’riskju li jimrad b’dan il-virus. Il-kuntatt ma’ ħwejjeġ, friex, xugamani u oġġetti oħra li setgħu ntmessu minn xi ħadd bl-mpox jista’ jwassal ukoll għat-tixrid tal-virus tal-mpox.

Dawk b’immunità baxxa minħabba kundizzjonijiet mediċi oħrajn, ċerti mediċini, jew trattamenti (bħall-kimoterapija) jistgħu jkunu aktar suxxettibbli għall-mpox u l-kumplikazzjonijiet tagħha.

Huwa importanti li wieħed jinnota li filwaqt li dawn il-gruppi jistgħu jkunu f’riskju ogħla, l-mpox tista’ potenzjalment taffettwa lil kull min jiġi f’kuntatt ma’ persuna infettata.

A person getting vaccinated against mpox

Kif tista’ tiġi evitata l-mpox? 

L-mpox tista’ tiġi evitata billi jiġi evitat kuntatt mill-qrib ma’ persuni infettati kif ukoll permezz ta’ prattiċi tal-iġjene tajba bħall-ħasil tal-idejn ta’ spiss bis-sapun u l-ilma. 

It-tilqim kontra l-ġidri, marda kkawżata minn virus relatat, jipprovdi xi protezzjoni kontra l-mpox. 

Jekk tissuspetta li tista’ tkun ġejt espost għall-virus tal-mpox, iżola lilek innifsek, u fittex l-attenzjoni medika mill-fornitur tal-kura tas-saħħa minnufih.

Nota: L-informazzjoni li tinsab f’din l-iskeda informattiva hija maħsuba għall-iskop ta’ informazzjoni ġenerali u ma għandhiex tintuża bħala sostitut għall-għarfien espert individwali u għall-ġudizzju ta’ professjonist fil-qasam tal-kura tas-saħħa.