Il-komponenti tal-vaċċin

Vaccine components

Minbarra antiġene wieħed jew aktar, f’vaċċin hemm komponenti oħra. Dawn jinkludu:

  • aġġuvanti: dawn itejbu r-reazzjoni immuni għall-vaċċin billi eventwalment jagħmlu r-reazzjoni aktar b’saħħitha, aktar rapida u aktar prolungata. Eżempju huwa l-aluminju;
  • eċċipjenti: dawn huma ingredjenti inattivi, bħall-ilma, jew il-klorur tas-sodju (melħ), kif ukoll il-preservattivi jew l-istabbilizzaturi li jgħinu lill-vaċċin jibqa’ l-istess matul il-ħżin, u b’hekk jinżamm attiv.

Dawn is-sustanzi jiġu kkontrollati b’mod konsistenti biex jiġi żgurat li jkunu preżenti f’livelli li ntwera li huma sikuri. Ir-regolaturi jivverifikaw li l-benefiċċji tagħhom jiġu ppeżati kontra r-riskju ta’ kwalunkwe reazzjoni għalihom.

Jista’ jkun hemm ukoll traċċi ta’ sustanzi oħra użati fil-proċess ta’ manifattura, bħall-albumina tal-bajd (proteina li tinsab fil-bajd) jew in-neomiċina (antibijotiku).

Kull meta dawn is-sustanzi jkunu preżenti f’livell li jista’ joħloq reazzjoni f’individwu sensittiv jew allerġiku, il-preżenza tagħhom tiġi ddikjarata fl-informazzjoni pprovduta għall-ħaddiema tal-kura tas-saħħa u l-pazjenti dwar il-vaċċin. Pereżempju, il-fuljett ta’ tagħrif jiddikjara prekawzjonijiet speċjali għall-użu ta’ vaċċin f’nies b’ċerti allerġiji, bħal vaċċini li jinkludu traċċi ta’ bajd f’nies b’allerġija għall-bajd.

 

Page last updated 13 Mar 2020