Kif jaħdmu l-vaċċini

Kull virus u batterju joħloq reazzjoni unika fis-sistema immunitarja li tinvolvi sett speċifiku ta’ ċelloli fid-demm, fil-mudullun u mal-ġisem kollu, imsejħa ċelloli T u ċelloli B, fost l-oħrajn.

Vaċċin jistimula reazzjoni immuni, u “memorja” tal-ġisem għal marda speċifika, mingħajr ma jikkawża l-marda.

Il-vaċċini fihom forma mdgħajfa ħafna jew inattivata (maqtula) ta’ virus jew batterju li normalment jikkawża marda, jew parti żgħira mill-virus jew mill-batterju. Dan jissejjaħ l-antiġene.

Meta persuna tingħata l-vaċċin, is-sistema immunitarja tagħha tagħraf l-antiġene bħala “barrani”. Iċ-ċelloli immuni huma mħarrġa joqtlu u joħolqu antikorpi kontra l-aġent li jikkawża l-marda. Antikorpi huma proteini speċjali li jgħinu biex jinqatel l-aġent infettiv.

Aktar tard, jekk il-persuna tiġi f’kuntatt mal-virus jew mal-batterju infettiv attwali, is-sistema immunitarja tagħhom “tiftakru”. Din imbagħad tipproduċi malajr l-antikorpi x-xierqa u tattiva ċ-ċelloli immuni x-xierqa biex joqtlu l-virus jew il-batterju, u b’hekk tipproteġi lill-persuna mill-marda.

L-immunità normalment iddum snin, u xi drabi tul ta’ ħajja. It-tul ta’ żmien ivarja minn marda għal oħra u minn vaċċin għall-ieħor.

      How vaccines work
      1. Antiġene 2. Antikorpi 3. Reazzjoni immuni

       

      L-immunità permezz tat-tilqim tipproteġi mhux biss lill-individwu immunizzat iżda tipproteġi wkoll lin-nies mhux imlaqqma fil-komunità, bħat-trabi li huma żgħar wisq biex jiġu mlaqqma. Din l-“immunità komunitarja” tista’ taħdem biss jekk jiġu mlaqqma biżżejjed nies.

      B’kuntrast għal dan, persuna li ssir immuni billi tieħu l-marda tista’ tesponi lil nies oħra mhux imlaqqma għall-marda. Il-persuna tkun ukoll f’riskju ta’ kumplikazzjonijiet.

        Il-komponenti tal-vaċċin

        Minbarra antiġene wieħed jew aktar, f’vaċċin hemm komponenti oħra. Dawn jinkludu...

        Page last updated 13 Mar 2020