Tilqim ta’ rkupru u boosters

Xi persuni setgħu tilfu tilqima jew ma ħadux in-numru rakkomandat ta’ dożi. Xorta jistgħu jirkupraw.

Kulħadd għandu jiċċekkja jekk kienx ħa t-tilqim rakkomandat b’mod nazzjonali, u jikkonsulta professjonist mediku f’każ li jkollu bżonn xi tilqim ta’ rkupru. Dan jista’ jinvolvi li wieħed iħares lejn ir-rekords tat-tilqim jew l-iskedi tat-tilqim fis-seħħ meta twieldet il-persuna. Għal xi mard, bħall-variċella (il-ġidri r-riħ) u r-rubella, huwa wkoll possibbli li jsir test biex jiġi vverifikat jekk il-persuna hijiex immuni.

Jekk persuna ma tkunx taf jekk ġietx imlaqqma kontra ċerta marda, normalment tista’ tieħu doża żejda mingħajr ma żżid ir-riskju ta’ effetti sekondarji serji (1).

    measles vaccine
    © iStock

    Jistgħu jiġu organizzati programmi ta’ tilqim ta’ rkupru għal mard speċifiku. Pereżempju, minħabba n-numru li qed jiżdied ta’ każijiet ta’ ħosba fost l-adolexxenti u l-adulti żgħar, jeżistu programmi ta’ rkupru f’numru ta’ pajjiżi tal-UE/taż-ŻEE għal persuni li setgħu tilfu t-tilqim tal-ħosba meta kienu iżgħar jew li huma kbar wisq biex jirċevuha bħala tfal.

    Ħafna mill-vaċċini jipprovdu immunità tul il-ħajja.

    Madankollu, xi vaċċini jipprovdu immunità li tonqos maż-żmien, magħrufa bħala “immunità li tbatti”. Xi pajjiżi jirrakkomandaw dożi booster f’intervalli regolari matul l-adoloxxenza u l-perjodu meta wieħed ikun adult, sabiex tinżamm l-immunità matul perjodu itwal ta’ żmien, pereżempju kontra:

    • id-difterite
    • it-tetnu
    • il-pertussis (sogħla konvulżiva)

    Xi pajjiżi jirrakkomandaw boosters speċifikament għal individwi li jivvjaġġaw jew li jinsabu f’riskju miżjud li jiġu esposti għall-marda.

    Il-fornituri tal-kura tas-saħħa jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar id-dożi booster meħtieġa.

    --------------------------------------------------------------------

    Referenzi:

    (1) https://www.cdc.gov/cdc-info/vaccines-immunizations.html

    L-iskedi tat-tilqim fl-UE/fiż-ŻEE

    Kull pajjiż tal-UE/taż-ŻEE huwa responsabbli għall-politika nazzjonali tas-saħħa pubblika tiegħu stess, inkluż...

    Tilqim obbligatorju jew irrakkomandat

    Kull pajjiż tal-UE/taż-ŻEE jimplimenta l-programm ta’ immunizzazzjoni tiegħu stess.

    Meta għandu jiġi evitat it-tilqim

    Vaċċin jista’ jkun kontraindikat għal ċerti persuni, u dan ifisser li dawn il-persuni ma għandhomx jitlaqqmu.

    Page last updated 13 Mar 2020