Meta wieħed iħares lejn l-informazzjoni relatata mas-saħħa, jaf ikun diffiċli li wieħed jiġġudika l-kwalità u l-preċiżjoni tal-informazzjoni misjuba. Bl-informazzjoni kollha disponibbli fuq l-internet u li tiċċirkola fuq il-midja soċjali dwar it-tilqim, xi kultant in-nies jaf iħossuhom mitlufa.
Jaf jistaqsu fejn jistgħu jsibu informazzjoni preċiża, min hemm wara l-iżvilupp tal-informazzjoni li jsibu, u wkoll jekk l-informazzjoni hijiex sostnuta minn evidenza xjentifika.
Din it-taqsima tipprovdi links għas-siti web ta’ organizzazzjonijiet tas-saħħa oħra, kemm f’livell nazzjonali kif ukoll f’dak internazzjonali, sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal sorsi fdati ta’ informazzjoni bħal:
Ix-Xibka ta’ Sikurezza tal-Vaċċini (The Vaccine Safety Net)
Il-Vaccine Safety Net (VSN) hija netwerk globali ta’ siti web, stabbiliti mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, li tipprovdi informazzjoni affidabbli dwar is-sikurezza tal-vaċċini. Għal aktar informazzjoni dwar in-netwerk żur: https://vaccinesafetynet.org. Informazzjoni u links għas-siti web tal-membri tal-VSN huma disponibbli hawnhekk: https://www.vaccinesafetynet.org/vsn/network.
Il-Kummissjoni Ewropea u l-aġenziji tal-UE
L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini
L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) hija aġenzija deċentralizzata tal-Unjoni Ewropea (UE) responsabbli għall-evalwazzjoni xjentifika, is-superviżjoni u l-monitoraġġ tas-sikurezza tal-mediċini fl-UE. L-EMA hija organizzazzjoni ta’ netwerking li l-attivitajiet tagħha jinvolvu lil eluf ta’ esperti minn madwar l-Ewropa.
Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard
L-ECDC huwa aġenzija xjentifika tal-UE bil-għan li jissaħħu d-difiżi tal-Ewropa kontra mard li jittieħed. Il-funzjonijiet ewlenin ikopru spettru wiesa' ta' attivitajiet: is-sorveljanza, l-informazzjoni dwar l-epidemiji, ir-rispons, il-parir xjentifiku, il-mikrobijoloġija, it-tħejjija, it-taħriġ dwar is-saħħa pubblika, ir-relazzjonijiet internazzjonali, il-komunikazzjoni dwar is-saħħa, u l-ġurnal xjentifiku Eurosurveillance.
Heads of Medicines Agencies
Siti web uffiċjali mill-pajjiżi tal-UE u taż-ŻEE
Hawn taħt hawn il-links għas-siti web uffiċjali b’informazzjoni dwar it-tilqim mill-organizzazzjonijiet tas-saħħa pubblika tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE) u taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE).