Fatti dwar it-tilqim

It-tilqim jintuża mad-dinja kollha bħala mod effettiv ħafna għall-protezzjoni tan-nies mit-teħid ta’ mard infettiv. Jgħin ukoll fil-prevenzjoni għat-tixrid tal-mard fil-komunità. It-tilqim jaħdem billi ‘jgħallem’ lis-sistema immunitarja (id-difiżi naturali tal-ġisem) biex tiddefendi ruħha kontra marda speċifika. Huwa jimmira l-aktar lejn mard ikkawżat minn viruses jew batterji.

L-ewwel tilqima ġiet żviluppata fis-seklu 18 fir-Renju Unit. Kienet tilqima kontra l-ġidri, marda qerrieda. Il-ġidri, illum il-ġurnatanqerdet mid-dinja kollha fil-bnedmin bis-saħħa tat-tilqim. L-aħħar każ magħruf li seħħ b’mod naturali ġie rreġistrat fl-1977 fis-Somalja.

Illum il-ġurnata, hemm tilqim għal ħafna mard. Ir-riċerka tibqa’ għaddejja biex tiżviluppa tilqim kontra aktar mard. Dan l-aħħar, ġiet żviluppata tilqima kontra l-virus tal-marda tal-Ebola, u qed issir riċerka dwar tilqim li jipproteġu kontra l-virus tal-immunodefiċjenza umana (HIV).

Dan il-filmat huwa disponibbli fl-24 lingwa tal-UE. Ixgħel is-sottotitoli bil-lingwa tiegħek.

Sikurezza, kwalità ustandards

Qabel kwalunkwe tilqima ġdida tkun tista’ tintuża, irid isirilha ttestjar rigoruż. It-tilqima tista’ tiġi approvata biss għall-użu fl-Unjoni Ewropea (UE) u ż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) wara evalwazzjoni xjentifika tar-riżultati ta’ dawn it-testijiet biex tiżgura l-kwalità, is-sikurezza u l-effikaċja tagħha.

Din l-evalwazzjoni teħtieġ turi li l-benefiċċji tat-tilqima fil-protezzjoni tan-nies kontra l-mard humaħafna akbar minn kwalunkwe riskju potenzjali. L-esperti xjentifiċi li jevalwaw it-tilqim dejjem iqisu l-benefiċċji u kwalunkwe riskju potenzjali b’attenzjoni kbira, b’mod partikolari minħabba tilqim li jingħata lil nies f’saħħithom.

B’hekk biss, wara l-approvazzjoni, tista’ tilqima tiġimanifatturata, titqiegħed fis-suq u tintuża biex tipproteġi lin-nies. It-tilqima tkun qed tiġi ssorveljata kontinwament biex jiġi żgurat li tibqa’ sikura u effettiva.

Bħal kull mediċina oħra, xi wħud min-nies jistgħu jesperjenzaw effetti sekondarji mit-tilqima, iżda dawn ikunu ġeneralment ħfief u ma jdumux. Dawn jistgħu jinkludu deni ħafif, jew uġigħ jew ħmura fis-sit tal-injezzjoni. Effetti sekondarji serji huma rari ħafna.

Benefiċċji tat-tlaqqim

Il-vaċċini jipprevjeni mard li jista’ jikkawża problemi tas-saħħa, diżabilitajiet, jew mewt. Minħabba t-tilqim ħafna mard issa huwa rari.

L-effettività tat-tilqim

Il-vaċċini approvati huma effettivi fil-prevenzjoni tal-mard, sintomi serji, u tnaqqis fit-trażmissjoni.

Page last updated 13 Mar 2020