COVID-19

Man getting a mouth swab to test for COVID-19

Il-pandemija tal-COVID-19 ikkawżat telf ta’ ħajjiet umani, mard serju, u tfixkil soċjali u ekonomiku fl-Unjoni Ewropea (UE) u madwar id-dinja. Vaċċini siguri u effettivi kontra l-COVID-19 jistgħu jipproteġu lill-individwi milli jimirdu, speċjalment professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa u popolazzjonijiet vulnerabbli, bħall-anzjani u l-persuni b’mard fit-tul.

Koordinazzjoni Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea u l-aġenziji tal-UE appoġġaw ir-riċerka u l-iżvilupp aċċellerati tal-vaċċini kontra l-COVID-19.

Dan żgura li dawn il-vaċċini jkunu disponibbli kmieni kemm jista’ jkun, ladarba jiġi ppruvat li huma siguri u effettivi.

L-istrateġija tal-UE għall-vaċċini kontra l-COVID-19, imnedija mill-Kummissjoni Ewropea:

  • tiżgura vaċċini kontra l-COVID-19 ta’ kwalità għolja, siguri u effettivi;
  • tiżgura aċċess rapidu għal dawn il-vaċċini għall-Istati Membri u l-popolazzjonijiet tagħhom.

Din l-istrateġija tirrifletti l-isforz globali ta’ solidarjetà li qed jiżgura aċċess ekwu għal vaċċini affordabbli.

Il-Kummissjoni Ewropea stabbilixxiet ukoll elementi ewlenin ta’ tħejjija li l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw għall-istrateġiji tagħhom tat-tilqim kontra l-COVID-19. Għad-dettalji kollha, ara Tħejjija għall-istrateġiji tat-tilqim kontra l-COVID-19 u l-varar tal-vaċċin.

 

Għal aktar informazzjoni ġenerali dwar it-tilqim ara:

Benefiċċji tat-tilqim għall-individwi

Il-benefiċċji tat-tilqim għall-komunità

Benefiċċji tat-tlaqqim

Vaċċini kontra l-COVID-19

L-UE hija responsabbli biex tiżgura li vaċċini siguri u effettivi kontra l-COVID-19 jaslu għand il-pubbliku fl-UE/fiż-ŻEE. Il-Kummissjoni Ewropea tawtorizza l-vaċċini kontra l-COVID-19, wara evalwazzjoni mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) u konsultazzjoni mal-Istati Membri tal-UE. L-ewwel vaċċini ngħataw fit-tmiem tal-2020.

Fatti COVID-19

Il-COVID-19 huwa l-marda assoċjata ma’ sindromu respiratorju akut sever tal-coronavirus-2 (SARS-CoV-2). SARS-CoV-2 huwa razza ġdida ta’ coronavirus li ma kinitx ġiet identifikata fil-bnedmin qabel Diċembru 2019.